Ġbir tal-fondi 2012/Traduzzjoni/Strixxa tinżel

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
This page is a translated version of the page Fundraising 2012/Translation/Drop down banner and the translation is 100% complete.
NOTE TO TRANSLATORS

This letter is a new translation request, but re-uses large parts of

If these have been translated into your language, you can probably re-use much of it for this translation and hopefully a lot will be suggested with translation memory :-)

Texts

Banner

Għeżież qarrejja tal-Wikipedija: Aħna organizzazzjoni żgħira bla skop ta' qligħ li tmexxi l-ħames l-ikbar websajt fid-dinja. Għandna 150 biss impjegati magħna, imma naqdu 450 miljun utent, u għandna l-istess spejjeż bħal kull sit kbir ieħor: servers, elettriku, kera, programmi u impjegati. Il-Wikipedija hi speċjali. Qisha bħal bibljoteka jew ġnien pubbliku. Qisha bħal tempju tal-moħħ, post fejn kulħadd jista' jmur biex jaħseb u jitgħallem. Biex nipproteġu l-indipendenza tiegħek, qatt ma nuru riklami. Ma niħdux fondi governattivi. Immexxu kollox mid-donazzjonijiet li għandhom medja ta' €23. Jekk kull min qiegħed jaqra din jagħti l-prezz ta' kikkra kafè, il-ġabra tal-fondi titlesta fi żmien siegħa. Jekk il-Wikipedija ssibha utli, ħu minuta biex iżżomha online għal sena oħra Jekk jogħġbok għinna biex ma noqogħdux naħlu ż-żmien fuq il-ġbir tal-fondi u nkomplu naħdmu fuq il-Wikipedija. Grazzi.


Dropdown

Meta waqqaft il-Wikipedija, stajt nagħmilha kumpannija għall-qligħ bir-riklami, imma ddeċidejt li nagħmel xi ħaġa differenti. Ma fih xejn ħażin il-kummerċ. Lanqas ir-riklami. Imma mhux posthom hawn. Mhux fuq il-Wikipedija. — Wikipedia Founder, Jimmy Wales


Donation Box

Jekk jogħġbok agħti kemm tista' biex intemmu dil-ġabra tal-fondi llum.


Legal info

Meta tagħmel donazzjoni, l-informazjoni dwarek li tagħti lill-Fondazzjoni Wikimedia u tmur għand dawk li jipprovdulha s-servizzi fl-Istati Uniti u f'postijiet oħra, tiġi trattata skont ir-regolamenti tal-privatezza tagħna għad-donaturi. Il-Fondazzjoni hi organizzazzjoni bla skop ta' qligħ irreġistrata fl-Istati Uniti (Nru tar-reġistrazzjoni: 20-0049703) li għandha eżenzjoni mit-taxxa (501(c)(3)). Għal iżjed informazzjoni jekk jogħġbok aqra r-regolamenti tagħna dwar id-donaturi.


Tab

Agħlaq