Mumenti memorabbli tal-Wikimedja, Frar 2013

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
This page is a translated version of the page Wikimedia Highlights, February 2013 and the translation is 100% complete.

Mumenti memorabbli mir-Rapport tal-Fondazzjoni Wikimedja u r-rapport tekniku tal-Wikimedja għal Frar 2013, flimkien ma' għażla ta' ġrajjiet importanti oħra mill-moviment Wikimedja

Mumenti memorabbli tal-Fondazzjoni Wikimedja

Rebħa legali għal Wikivjaġġ u l-għarfien ħieles

It-tim legali tal-Fondazzjoni Wikimedja ħabbar ftehim fil-proċess legali bejn il-Fondazzjoni u Internet Brands, dwar xi problemi ġejjin mill-ħolqien ta' Wikivjaġġ, l-aħħar proġett ta' għarfien b'xejn tal-komunità tagħna.

Is-sena l-oħra, Internet Brands (propjetarji ta' proġett tal-ivvjaġġar għal qliegħ ibbażat fuq wiki) għamlu kawża lil żewġ Wikipedjani imdaħħlin fil-proġett tal-wiki tal-ivvjaġġar. Il-Fondazzjoni appoġġat id-difiża legali tal-voluntieri u l-qorti spiċċa biex il-kawża ta' Internet Brands tefagħha 'l barra.

Il-Fondazzjoni attakkat hi u bdiet kawża, separata minn tal-ewwel, kontra Internet Brands fejn talbet dikjarazzjoni mill-qorti li Internet Brands m'għandhomx bażi valida biex iwaqqfu il-proġett tal-ivvjaġar tal-wiki. Il-kawża ġiet riżolta bi ftehim barra mill-qorti fl-14 ta' Frar, 2013. F'dak il-ftehim, Internet Brands ħelsu l-Fondazzjoni u Wikivoyage e.V. (l-organizzazzjoni Ġermaniża bla profitt li ħadmet ħafna biex il-proġett tal-ivvjaġġar jirnexxi) minn kull preteża li għandha x'taqsam b'xi mod mal-ħolqien jew it-tħaddim tall-proġett tal-ivvjaġar tal-wiki. Min-naħa tagħha, il-Fondazzjoni qablet li twaqqa' l-kawża.

Skrinata tal-lista ta' segwiment għal mowbajls ġdida.

Tista' tara l-lista ta' segwiment fuq il-mowbajl

Wieħed mill-għanijiet importanti tat-tim tal-mojbajl tal-Fondazzjoni hu li jħafef il-kontribuzzjonijiet għall-Wikipedija minn fuq il-mobajls. Bħala wieħed mir-riżultati ta' din il-ħidma, dawk li jaqbdu mal-Wikipedija permezz tal-mowbajl issa jistgħu jidħlu fil-kont tagħhom, u jaraw u jimmodifikaw il-lista ta' segwiment. Fil-verżjoni tal-mowbajl is-simbolu tal-istilla għall-lista ta' segwiment jarawh l-utenti kollha biex jitħajru jidħlu fil-kont tagħhom jew joħolqu wieħed. Il-kontributuri ta' esperjenza jistgħu jużaw il-lista ta' segwiment bħas-soltu: Biex isegwu t-tibdil fil-paġni magħżulin u jirranġaw il-problemi jekk ikun hemm bżonn. Imma biex il-lista ta' segwiment tkun iżjed aċċessibbli għall-utenti ġodda, il-verżjoni tal-mowbajl turi lista tal-paġni magħżulin kollha, li taħdem bħala lista tal-qari.

It-tim tal-Inġinerija tal-Lingwa jattendi konferenzi open source fl-Indja

It-tim tal-Inġinerija tal-Fondazzjoni Wikimedja ħa sehem f'żewġ konferenzi f'Pune, l-Indja: GNUnify 2013, konferenza importanti dwar l-Open Source Code u t-Tieni Summit dwar il-Lingwa u l-Open Source Code, ko-organizzat mill-Fondazzjoni ma' Red Hat. It-tim biħsiebu jagħmel il-Wikipedija websajt li jita' jużaha kulħadd fuq il-pjaneta bil-lingwa tiegħu. L-Indja, billi hemm jitkellmu ħafna lingwi, hi post naturali fejn it-tim jista' jara l-effett tal-ħidma tiegħu. Fis-Summit tal-Lingwa, l-inġinieri mill-Fondazzjoni Wikimedja kkollaboraw ma' dawk li attendew minn Red Hat, KDE, Google u gruppi oħra. Fost l-oqsma tax-xogħol kien hemm:

  • Metodi ta' inseriment (li jippermettu t-tajpjar b'ċertu lingwa), li jtellgħu in-numru tal-lingwi ssapportjati għal 140.
  • Il-"Matriċi tal-Kopertura tal-Lingwi", dehra sħiħa tas-sapport tal-lingwi f'proġetti u platforms differenti (b' 285 lingwa diġà ssapportjatha minn Wikimedia, u iżjed minn 100 fid-distribuzzjoni Fedora Linux)

Data u Tendenzi

Viżitaturi globali f'Jannar:

488.5 miljun (+3.37% mqabbel ma' Diċembru; +1.31% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(comScore data għall-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedja kollha; comScore se toħroġ id-data għal frar aktar tard f'Marzu)

Talbiet għal paġni fi Frar:

21.8 biljun (-2.1% mqabbel ma' Diċembru; +20.2% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(Server log data, il-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedja kollha inkluż id-dħul fuq il-mowbajl)

Edituri reġistrati attivi għal Jannar 2013 (>= 5 modifikazzjonijiet fl-ispazju prinċipali/xahar, barra l-bots):

84,848 (+8.60% mqabbel ma' Diċembru / +2.03% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(Database data, il-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedja kollha.)

Rapport (jiġbor fih bosta data statistika u tendenzi dwar il-proġetti tal-WMF) għal Jannar 2013:

http://reportcard.wmflabs.org/

(Definizzjonijiet)

Finanzi

Dħul u Ħruġ ta' din is-sena sa issa mqabblin mal-Pjan tal-Fondazzjoni Wikimedja fil-31 ta' Jannar, 2013
Ħruġ ta' din is-sena sa issa tal-Fondazzjoni Wikimedja bil-funzjoni fil-31 ta' Jannar, 2013

L-informazzjoni finanzjarja ta' Jannar 2013 biss hi disponibbli f'dan ir-rapport

L-informazzjoni finanzjarja kollha tingħata mill-bidu tax-xahar s'issa u mill-bidu tas-sena s'issa.

Dħul $33,756,118
Nefqa
Grupp tal-Inġinerija $7,393,053
Grupp tal-Ġabra tal-Fondi $2,223,577
Grupp tal-Boroż u Programmi $2,617,926
Grupp tat-Tmexxija $413,747
Grupp Legali/tad-Difiża Komunitarja/tal-Komunikazzjoni $1,818,707
Grupp tal-Finanzi/Amministrazzjoni/Riżorsi Umani $3,249,731
Nefqa Totali $17,716,741
Fondi żejda/(nieqsa) $16,039,377
  • Id-dħul għax-xahar ta' Jannar kien $2.84MM waqt li l-mira kienet $276K, bejn wieħed u ieħor $2.56MM jew 927% ogħla mill-mira.
  • Id-dħul mill-bidu tas-sena s'issa kien ta' $33.76MM waqt li l-mira kienet $30.19MM, bejn wieħed u ieħor $3.57MM jew 12% ogħla mill-mira.
  • In-nefqa għax-xahar ta' Jannar kienet ta' $2.26MM waqt li l-mira kienet $4.13MM, bejn wieħed u ieħor $1.87 jew 45% taħt il-mira, primarjament minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunell, in-nefqa kapitali, l-internet hosting, iż-żmien tal-għoti tad-donazzjonijiet tal-FDC, u l-ispejjeż, ikkompensat parzjalment bl-għoli fl-ispejjeż legai u l-kuntratti għas-servizzi minn barra.
  • In-nefqa ta' din is-sena s'issa kienet ta' $17.72MM waqt li l-mira kienet $21.90MM, bejn wieħed u ieħor $4.18MM jew 19% taħt il-mira, primarjament minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunell, in-nefqa kapitali, l-internet hosting, iż-żmien tal-għoti tad-donazzjonijiet tal-FDC, u l-ispejjeż, ikkompensat parzjalment bl-għoli fl-ispejjeż legai u l-ispejjeż tal-bank.
  • Il-bilanċ hu $41.47MM ikkalkulat fl-31 ta' Jannar, 2013.
Video tal-laqgħa, li ssir kull xahar, tal-indikaturi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-Wikimedja li tkopri x-xahar tal-Frar (7 ta' Marzu, 2013)

Aħbarijiet oħra li joltqtuna

Nru. 8 fil-Kompetizzjoni għax-Xbiha tas-Sena: Panorama tal-"Bieb tal-Infern", għalqa tal-gass naturali qiegħda taqbad fit-Turkmenistan
Ix-Xbiha tas-Sena, 2012

Imħabbra ir-riżultati tal-kompetizzjoni għax-Xbiha tas-Sena, 2012, fuq il-Commons

Wara li vvutaw 3990 Wikimedjani, ir-riżultati ta seba' kompetizzjoni anwali għax-Xbiha tas-Sena fuq Wikimedia Commons tħabbru fit-22 ta' Frar. Il-fotografija li rebħet (lemin) turi żewġ għasafar tal-ispeċi Merops apiaster (il-Qerd in-Naħal Ewropew). Il-fotografu spjega li turi ritwal tat-tgħammir: l-għasfur raġel, fuq il-lemin, ħa jitma n-naħla lill-għasfura, fuq ix-xellug. Ir-ritratt ġie propost mill-proġett "Phoebus", kollaborazzjoni bejn il-mużew ta' Toulouse u Wikimédia France.

Kummissjoni tal-ispetturi tal-privitezza (ombudsmen) ġdida

Tħabbru l-ismijiet tal-membri tal-Kummissjoni tal-ispetturi tal-privitezza (ombudsmen) għall-2013.

Il-Kummissjoni tal-ispetturi tal-privitezza (ombudsmen) tinvestiga komplejnts dwar il-ksur tal-politika tal-privatezza (b'mod partikulari dwar l-użu tal-għodda CheckUser) fuq kwalunkwe proġett tal-Wikimedja f'isem il-Bord tal-Fiduċjarji.

Ġabradati miftuħa tal-arti fl-Iżvezja

Wikimedja Żvezja bdiet taħdem fuq ġabradati tal-arti pubblika fl-Iżvezja, b'liċenzja ħielsa, miġbura minn data mill-istituzzjonijiet pubbliċi u l-muniċipalitajiet. Il-proġett qiegħed jiġi ffinanzjat mill-aġenzija tal-gvern Vinnova. Il-ġabradati kienet motivata mill-kompetizzjoni internazzjonali tal-fotografija Wiki Loves Public Art, ippjanata għal Mejju tal-2013.