Jump to content

Tneħħija ta' skins antikwati

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
This page is a translated version of the page Turning off outdated skins and the translation is 52% complete.
Outdated translations are marked like this.

Sabiex nużaw aħjar ir-riżorsi limitati li għandna, mill-15 tal-24 ta' April 2013 l-iskins kollha barra Vector, Monobook, Modern u Cologne Blue se jitneħħew għal dejjem minn fuq WikiMedja u allura mill-wikijiet kollha ta' Wikimedja. Jekk il-kont tiegħek hu ssettjat biex juża waħda minn dawn l-iskins antikwati,[1] se tiġi mmexxi awtomatikament għall-iskin programmata minn qabel għal wiki tiegħek (li s-soltu tkun Vector).

L-iskin Nostalgia, waħda mill-iskins li se nneħħu

Kemm hemm nies li jintlaqtu b'dan?

Xi 0.53% tal-utenti attivi ta' Wikimedja, u xi 0.39% ta-utenti attivi b'iżjed minn 1000 modifikazzjoni. Se jintlaqtu wkoll 0.31% tal-utenti ta' Wikimedja li m'għadhomx attivi (m'għamlux modifikazzjonijiet u ma daħlux fil-kont tagħhom dawn l-aħħar sitt xhur). Id-dettalji statistiċi kollha tista' tarahom hawn.

X'jeħtieġni nagħmel

Jekk bħalissa qed tuża Monobook, Modern, Cologne Blue, jew Vector (pereżempju jekk qatt ma biddilt din il-preferenza), mhux ħa tintlaqat, u ma trid tagħmel xejn. Jekk bħalissa qed tuża skin antika u kuntent li tuża l-iskin fuq kull wiki li diġà programmata fuqhom, ma trid tagħmel xejn.

Inkella, tista' tmur fuq Special:Preferences fl-Għodda Personali tiegħek fin-naħa ta' fuq tal-paġna, tikklikkja fuq it-tieni lsien ("Appearance"), u tagħżel waħda minn "Vector", "Monobook", "Modern" jew "Cologne Blue", imbagħad tagħfas "Save" fin-naħa t'isfel tal-paġna. Jekk m'intx żgur liema skin tuża, tista' ssegwi l-stess istruzzjonijiet biex issib liema.

Għaliex qed nagħmlu hekk?

Ir-raġuni prinċipali hi li l-karatteristiċi ġodda li qed nibnu - notifikazzjoni inter-wiki, metodi aħjar biex ngħassu l-paġni, paġni tad-diskussjoni iżjed ħfief biex jintużaw, u oħrajn - irridu nippruvaw nintegrawhom fl-iskins tagħna kollha. Ma nistgħux inbiddlu s-software antik ma' software ġdid li ma jaħdimx għal parti mill-komunità: Sempliċiment mhux aċċettabbli li nagħmlu hekk.

Il-problema hi li billi għandna ħafna skins qodma, il-bini tas-sapport għalihom joħdilhom ħafna żmien lill-iżviluppaturi (u allura jaħli ħafna mill-flus mogħtija lill-fond). Iżjed ma naħlu żmien nagħmlu xi ħaġa taħdem b'xi disa' jew għaxar skins, inqas nistgħu niżviluppaw karatteristiċi ġodda jew nimmantienu is-software eżistenti. Barra minn hekk inkunu nistgħu niżviluppaw inqas affarijiet ġodda, billi xi karatteristiċi utli ħafna jista' jkun li sempliċiment ma jaħdmux bi skins mill-2001 jew mill-2002. Għalhekk irridu nagħżlu bejn li nipproduċu software limitat bilmod ħafna, naqsmu s-sit għal parti mill-komunità tagħna jew inneħħu xi skins; għażilna li nagħmlu t-tielet ħaġa.

Għaliex qed iżżommu dawn l-erba' skins?

L-iskins li ħa nżommu disponibbli - Vector, Monobook, Modern u Cologne Blue – għażilniehom għaliex jaħdmu mal-karatteristiċi li nipprovdu. Vector hi l-iskin uffiċjali li ħa nipprovdu u li ħa nżommu aġġornata għal kull żvilupp ġdid u biex in-neħħu l-bugs. It-tlieta l-oħra (Monobook, Modern u Cologne Blue) huma ssapportjati l-iżjed minn żviluppaturi voluntiera li jagħtu ħinhom biex iżommu dawn l-iskins disponibbli. Aħna tal-fondazzjoni Wikimedja nippruvaw niżguraw li d-degradazzjoni ta' dawn it-tliet skins qodma tkun "bil-ħlewwa", sabiex il-funzjonalitajiet ġodda jibqgħu jaħdmu fuqhom sa ċertu punt. Meta jgħaddi ż-żmien, però, jekk jieqfu jaħdmu jista' jkun li jkollna nneħħu l-dawk ukoll.

L-iskins il-qodma mhux aħjar għan-nies b'konnessjoniijiet/kompjuters li ma jgħaġġlux ħafna? =

Le. Veru li kien il-każ li l-iskins l-antiki kellhom bżonn kodiċi inqas u għalhekk kienu aħjar għan-nies b'kompjuters li ma tantx jgħaġġlu jew b'konnessjonijiet fjakki mal-internet. Però, mill-2001 'l hawn minħabba f'bidla fit-teknoloġija dan m'għadux hekk, u d-differenza hi insinjifikanti (l-iżjed ta' xi ftit kilobytes, jew inqas minn 5% tat-tagħbija tipika ta' paġna).

On the other hand, Vector and Monobook use several background images (unlike, for example, the Classic/Standard skin), which might slightly increase CPU load. Modern and Cologne Blue are free of this issue.

Customized JS/CSS scripts, written to mimic the old skins, will also cause additional download time.

Kienu jogħġbuni ħafna xi affarijiet li kellha waħda mill-iskins antiki - x'nista' nagħmel?

L-iskins kollha jħalluk timmodifikahom permezz tal-personalizzazzjoni speċifika għall-utent. Jekk tixtieq, tista' timmodifika waħda mill-iskins standard biex terġa' toħloq xi elementi ta' skin oħra. Hekk tkun tista' żomm xi affarijiet li jogħġbuk ħafna, u forsi tista' ssib utenti oħra li jgħinuk tagħmel hekk. Fuq il-paġna tad-dikussjoni tal-komunità lokali tal-wiki tista' titlob lil sħabek l-utenti biex jgħinuk, bħal fil-każ tal-personalizzazzjonijiet oħra.

If you need help, please post clear, actionable, and discrete requests to Tech describing which specific feature from an older skin you would like to see in a newer skin. For example, "I was using the Classic skin and I'd like to use Monobook now. How do I adjust the font to be serif instead of sans-serif?"

Noti

  1. Chick, Classic, MySkin, Nostalgia u Simple.