Wikimedia Foundation elections/Board elections/2009/mt

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
Jump to navigation Jump to search
L-elezzjonijiet intemmu fl-10 ta' Awwissu 2009. Mhux se jiġu aċċettati aktar voti.
Ir-riżultati ġew imħabbra nhar it-12 ta' Awwissu 2009.
Elezzjonijiet tal-Kunsill Amministrattiv 2009
Organizzazzjoni

L-elezzjonijiet tal-2009 għall-Board of Trustees se jsiru bejn it-28 ta' Lulju u l-10 ta' Awwissu 2009. Membri tal-komunità Wikimedia għandhom l-opportunità li jaħtru tliet kandidati għal mandat ta' sentejn li jiskadi fl-2011. Il-Board of Trustees hi l-awtorità governattiva fundamentali tal-Fondazzjoni Wikimedia, organizzazzjoni mingħajr fini ta' gwadanj 501(c)(3) irreġistra fl-Istati Uniti. Il-Fondazzjoni WIkimedia tmexxi diversi proġetti oħra bħall-Wikipedija u Commons.

L-elezzjonijiet se jsiru b'sigurtà fuq servers li jappartjenu lill-organizzazzjoni Software in the Public Interest. Il-voti huma sigrieti u huma viżibbli biss lil ftit utenti magħżula biex jivverifikaw u jgħoddu l-voti. Il-votanti jridu jesprimu l-preferenzi tagħhom billi jinnumeraw il-kandidati. Il-voti se jiġu verifikati permezz tal-Metodu ta' Schulze li jikkonsisti mill-valutazzjoni tal-kandidati fuq bażi tan-numru ta' votanti li taw aktar preferenza lil dak il-kandidat milli l-kandidati l-oħra.

Il-Kumitat Elettorali hu mistenni li jħabbar ir-riżultati nhar jew qabel it-12 ta' Awwissu. Riżultati dettaljati jkunu disponibbli. Il-ħinijiet kollha fuq din il-paġna huma 00:00 (nofs il-lejl) UTC.

Informazzjoni għall-votanti[edit]

Rekwiżiti[edit]

Tista' tivvota minn kont proprju reġistrat fuq wiki tal-Wikimedia (tista' tivvota biss darba, u dan ma jiddependix skont kemm għandek kontijiet tiegħek). Biex tikkwalifika, dan il-kont uniku jrid:

  • ma jkunx imblukkat; u
  • ma jkunx bot; u
  • li tkun għamilt tal-anqas 600 modifika qabel l-1 ta' Ġunju 2009 madwar il-wikis tal-Wikimedia (modifiki fuq wikis diversi jistgħu jiġu magħquda jekk il-kontijiet tiegħek huma mwaħħda f'kont globali); u
  • li tkun għamilt tal-anqas 50 modifika bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Lulju 2009

Eċċezzjonijiet speċjali: dawn segwenti jistgħu xorta jivvutaw jekk iħaddnu dawn ir-rekwiżiti segwenti:

  • Amministraturi tas-server tal-Wikimedia b'aċċess protett;
  • staff imħallas tal-Fondazzjoni Wikimedia li bedja jaħdem fl-uffiċċju qabel l-1 ta' Marzu 2009;
  • membri kurrenti jew preċedenti tal-Board of Trustees.

Kif tivvota[edit]

Jekk int eleġibbli li tivvota:

  1. Aqra l-preżentazzjonijiet tal-kandidati u ddeċiedi liema kandidati se tappoġġja.
  2. Mur fil-paġna wiki "Special:Securepoll" fuq wiki fejn inti tikkwalifika biex tivvota immha. Per eżempju, jekk int l-aktar attiv fuq il-wiki meta.wikimedia.org/, mur fuq meta.wikimedia.org/wiki/Special:Securepoll.
  3. Segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna.

Informazzjoni għall-kandidati[edit]

Deskrizzjoni dettaljata tar-responsabilitajiet ta' membru tal-Bord jistgħu jinstabu fuq il- Gwida tal-Bord.

Responsabilitajiet bħala membru tal-Bord[edit]

Li tkun membru tal-Bord fi ħdan organizzazzjoni żgħira bħall-Fondazzjoni Wikimedia, li taffaċċja sfidi immensi, jista' jieħu l-ħin. Il-pożizzjoni hi voluntarja u bla ħlas. Waqt li l-membri tal-Bord mhumiex obbligati li jagħmlu donazzjoni bil-flus personali tagħhom lill-organizzazzzjoni, huma huma mistiedna li jgħinuha grazzi għal donazzjonijiet volontarji.

Il-membri tal-Bords huma mistennija li jattendu personalment mill-inqas 3–4 laqgħat fis-sena, jattendu l-Wikimania (il-konferenza annwali tagħna), u jattendu laqgħat u votazzjonijiet oħra skedati online. Il-Bord jikkomunika intenstament permezz tal-posta elettronika, il-wiki, u l-IRC. Il-fiduċjarji individwali xi drabi jipparteċipaw f'laqgħat strateġiċi ma' organizzazzjonijiet u kumpaniji oħra, fejn jirreferu r-riżultati lura lill-Bord u l-istaff.

Il-membri individwali tal-bord huma mistennija li jinvolvu rwieħhom f'ċerti attivitajiet (bħall-ġbir ta' fondi, Wikimania, jew reviżjonijiet) u li jgħinu biex isiru abbozzi ta' politiki, u riżoluzzjonijiet fuq ċerti suġġetti.

Minħabba li l-membri tal-Bord jeżerċitaw id-dover tagħhom b'virtù tal-inkarigu li jħaddnu, il-kandidati li attwalment jżommu pożizzjoni mal-Fondazzjoni Wikimedia fejn fih jitħallsu, huma mitluba li jagħtu r-riżenja tagħhoma qabel ma jiġu maħtura fil-Board of Trustees. Dan hu biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitti ta' interess.

Prerekwiżiti għall-kandidatura[edit]

Biex tkun eleġibbli bħala kandidat, inti trid:

  • tkun għamilt tal-anqas 600 modifika qabel l-1 ta' Marzu 2009 fuq kwalunkwe kont wieħed reġistrat li għandek (modifiki fuq wikis diversi jistgħu jiġu magħquda jekk il-kontijiet tiegħek huma mwaħħda f'kont globali); u
  • tkun għamilt tal-anqas 50 modifika bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Lulju 2009; u
  • li pubblikament turi l-isem veru tiegħek fil-preżentazzjoni tiegħek bħala kandidat (minħabba li l-identitajiet tal-membri tal-Bord huma materja ta' rekord pubbliku, mhuwiex possibbli li żżomm pożizzjoni anonima jew taħt psewdonomu fil-Board of Trustees); u
  • li tkun tal-anqas 18-il sena u ta' età legali fil-pajjiż ta' residenza.
Eċċezzjonijiet speċjali: membri kurrenti tal-Board of Trustees jistgħu jkunu kandidati anke jekk ma jaqblux mar-rekwiżiti t'hawn fuq.

Kif tibgħat il-kandidatura tiegħek[edit]

Jekk inti eleġibbli, tista' tibgħat il-kandidatura tiegħek billi ssegwi dawn l-istruzzjonijiet:

  1. Ikteb taqsira żgħira ta' mhux iktar minn 1200 karattur fejn tistqarr x'se tagħmel ġaladabra tkun elett fil-Board of Trustees, l-opinjonijiet u l-esperjenza personali, u kwalunkwe ħaġa oħra li inti taraha relevanti. Ma tistax tuża' t-taqsira tal-kandidatura biex tagħmel lista tal-persuni li inti ssostni jew ta' paġni oħra ta' pjattaforma elettorali. Ma' tistax toħloq pjattafora elettorali komuni ma' wieħed jew aktar kandidati oħra.
  2. Ibgħat it-taqsira tiegħek bejn 00:00, tas-6 ta' Lulju 2009 (UTC) u 23:59, tal-27 ta' Lulju 2009 (UTC). Wara l-27 ta' Lulju, din ma tistax tiġi mibdula minbarra għal xi korrezzjonijiet żgħar jew għat-traduzzjonijiet. Kwalunkwe żidiet mibgħuta wara l-aħħar data ta' sottomissjoni jiġu mmarkati bil-ħin u ppreżentati separatament mit-taqsira oriġinali. Dawn jiġu preżentati biss lill-votanti jekk jiġu tradotti fl-istess u fil-lingwi kollha ta' traduzzjoni bħat-taqsira oriġinali.
  3. Ibgħat prova tal-identità tiegħek lil Cary Bass (Koordinatur Volontarju) qabel l-27 ta' Lulju 2009. Inti tiġi kkuntatjat privatament minn membru tal-Kumitat Elettorali b'aktar informazzjoni fuq kif tilħaq dan ir-rekwiżit meta tniżżel ismek bħala kandidat.

Kandidati li jonqsu li jimxu mar-rekwiżiti u d-dati ta' sottomissjoni t'hawn fuq jiġu skwalifikati.

Organizzazzjoni[edit]

Kalendarju[edit]

  • 01–30 ta' Ġunju 2009: l-ewwel fażi ta' traduzzjoni; is-sottokumitat attivament jikkoordina u jippromovi t-traduzzjoni.
  • 06–27 ta' Lulju 2009: is-sottomissjonijiet tal-kandidati.
  • 27 ta' Lulju 2009: l-aħħar data ta' sottomissjoni biex tintbagħat il-prova tal-identità (sottomissjonijiet tard jew neqsin jiġu skwalifikati).
  • 28 ta' Lulju–10 ta' Awwissu 2009: elezzjonijiet.
  • 10–12 ta' Awwissu 2009: verifika tal-voti.
  • 12 ta' Awwissu 2009: pubblikazzjoni tar-riżultati.

Tradutturi[edit]

Biex tiġi assigurata l-ikbar parteċipazzjoni possibbli mill-komponenti kollha tal-komunità Wikimedia, huwa importanti li jiġi tradott l-avviżi ta' elezzjoni u stqarrijiet tal-kandidati f'kemm-il lingwa possibbli. Biex tgħin fit-traduzzjoni, żur il-paġna ta' traduzzjoni.