Mumenti memorabbli tal-Wikimedja, April 2013

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
This page is a translated version of the page Wikimedia Highlights, April 2013 and the translation is 100% complete.

Mumenti memorabbli mir-Rapport tal-Fondazzjoni Wikimedja u r-rapport tekniku tal-Wikimedja għal April 2013, flimkien ma' għażla ta' ġrajjiet importanti oħra mill-moviment Wikimedja

Mumenti memorabbli tal-Fondazzjoni Wikimedja

Skrinata: Dan l-utent irċieva erba' notifikazzjonijiet ġodda

Sistema ġdida ta' notifiki varata fuq il-Wikipedija Ingliża

Fit-30 ta' April, it-Tim Editor Engagement tal-Fondazzjoni attiva s-sistema ta' Notifiki (magħrufa wkoll bħala Echo) fuq il-Wikipedija Ingliża. Din tgħarraf lill-edituri dwar kull attivà ġdida fuq il-wiki li tirrigwardhom, pereżempju meta jirċievu messaġġ fuq il-paġna tad-diskussjoni tagħhom, jew meta xi waħda mill-modifiki tagħhom titreġġa' lura, jew meta utent ieħor jirringrazzjhom għal xi modifika. Is-sistema ta' Notifiki għadha qiegħda tiġi ttestjata u mmodifikata skont ir-rispons mill-komunità. Il-quddiem ħa tkun disponibbli fuq verżjonijiet tal-Wikipedija b'lingwi oħra, u fuq proġetti oħra tal-Wikimedia.

L-arblu tar-razza tal-kompożitur Johann Sebastian Bach, iġġenerat minn Wikidata permezz tal-għodda "GeneaWiki"

Il-kontenut ta' Wikidata issa jista' jintuża fuq il-Wikipediji kollha

Wikidata issa bdiet taqdi l-verżjonijiet tal-Wikipedija bil-lingwi kollha bħala sors komuni ta' data strutturata li tista' tintuża f'kwalinkwe artiklu tal-Wikipedija, pereżempju f'infoboxes. Il-ġabradata ta' għarfien ta' Wikidata li tista' tinqara mekkanikament diġà fiha 'l fuq minn 11-il miljun biċċa informazzjoni. Dawn jistgħu jiġu eżaminati, evalwati u modifikati bl-għajnuna ta' ġabra ta' għodda li dejjem tiżdied.

Tħabbret l-app ta' Wikimedia Commons għal iOS u Android

L-app tal-mowbajl tal-Wikimedia Commons tħabbret uffiċjalment f'April. Biha wieħed jista' jtella' malajr u faċilment stampi direttament minn mobajls. Hi disponibbli għal iOS u Anroid. L-utenti tal-mowbajls li m'għandhomx l-app installata xorta jistgħu jtellgħu l-istampi mill-verżjoni tal-web tal-mowbajl tal-proġetti kollha ta' Wikimedia.

Il-Kumitata għat-Tqassim tal-Fondi (FDC) jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar $1.2 miljun

Il-Kumitata għat-Tqassim tal-Fondi, li kien varat fl-2012, hu grupp ta' voluntieri tal-Wikimedia li huma inkarigati biex jgħinu fid-deċiżjoni fuq kif jitqassmu l-fondi. Fit-28 ta' April, wara perjodu ta' evalwazzjoni mill-impjegati involuti u eżaminazzjoni pubblika mill-komunità, ippubblikat ir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Bord tal-Fiduċjarji ta' Wikimedia dwar it-tieni fażi ta' talbiet għal finanzjament, minn erba' organizazzjonijiet: Wikimedia Repubblika Ċeka (talba: $14,084.50, rakkomandazzjoni: $0), Wikimedia Ħong Kong (talba: $211,660.26, rakkomandazzjoni: $0), Wikimedia Norveġja (talba: $235,715, rakkomandazzjoni: $140,000), u Wikimedia Franza (talba: $747,259, rakkomandazzjoni: $525,000).

Linji gwida ġodda dwar il-kunflitt ta' interess

Il-Bord tal-Fiduċjarji approva b'effett minnufih linji gwida fuq Wikimedia dwar id-dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess potenzjali u attwali fit-talbiet għal riżorsi u t-tqassim tagħhom (bħall-boroż finanzjarji). Ir-rispons tal-komunità matul sitt ġimgħat għamel titjib kbir fil-verżjoni oriġinali.

Data u Tendenzi

Viżitaturi globali f'Jannar:

517 miljun (+7.17% mqabbel ma' Frar; +5.76% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(comScore data għall-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedja kollha; comScore se toħroġ id-data għal April aktar tard f'Mejju)

Talbiet għal paġni f'April:

20.8 biljun (-3.4% mqabbel ma' Marzu; +20.1% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(Server log data, il-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedja kollha inkluż id-dħul fuq il-mowbajl)

Edituri reġistrati attivi għal Marzu 2013 (>= 5 modifikazzjonijiet fl-ispazju prinċipali/xahar, barra l-bots):

82,105 (+5.67% mqabbel ma' Frar / +2.15% mqabbel mas-sena ta' qabel)
(Database data, il-proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedja kollha.)

Rapport (jiġbor fih bosta data statistika u tendenzi dwar il-proġetti tal-WMF) għal Marzu 2013:

http://reportcard.wmflabs.org/

Finanzi

Dħul u Ħruġ ta' din is-sena sa issa mqabblin mal-Pjan tal-Fondazzjoni Wikimedja fil-31 ta' Marzu, 2013
Ħruġ ta' din is-sena sad-data tal-Fondazzjoni Wikimedja bil-funzjoni fil-31 ta' Jannar, 2013

(L-informazzjoni finanzjarja ta' Marzu 2013 biss hi disponibbli f'dan ir-rapport.)

L-informazzjoni finanzjarja kollha tingħata mill-bidu tax-xahar sad-data u mill-bidu tas-sena sad-data, il-31 ta' Marzu, 2013

Dħul $41,573,672
Nefqa
Grupp tal-Inġinerija $10,569,516
Grupp tal-Ġabra tal-Fondi $2,915,969
Grupp tal-Boroż u Programmi $4,565,386
Grupp tat-Tmexxija $555,937
Grupp Legali/tad-Difiża Komunitarja/tal-Komunikazzjoni $2,263,477
Grupp tal-Finanzi/Amministrazzjoni/Riżorsi Umani $4,187,115
Nefqa Totali $25,057,400
Fondi żejda/(nieqsa) $16,516,272
  • Id-dħul għax-xahar ta' Marzu kien $5.92MM waqt li l-mira kienet $5.28MM, bejn wieħed u ieħor $647K jew 12% ogħla mill-mira.
  • Id-dħul mill-bidu tas-sena sad-data kien ta' $41.57MM , waqt li l-mira kienet $35.74MM, bejn wieħed u ieħor $5.83MM jew 16% ogħla mill-mira.
  • In-nefqa għax-xahar ta' Marzu kienet ta' $3.09MM waqt li l-mira kienet $4.04MM, bejn wieħed u ieħor $943K jew 23% taħt il-mira, primarjament minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunal, in-nefqa kapitali, l-internet hosting, u l-ispejjeż tal-boroż ikkompensati bi spejjeż bankarji ogħla.
  • In-nefqa tas-sena sad-data kienet ta' $25.06MM waqt li l-mira kienet $29.97MM, bejn wieħed u ieħor $4.92MM jew 16% taħt il-mira, primarjament minħabba t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunal, in-nefqa kapitali, l-internet hosting, u l-ispejjeż tal-boroż ikkompensati parzjalment minn spejjeż bankarji ogħla.
  • Il-bilanċ hu $41.02MM ikkalkulat fl-31 ta' Marzu, 2013.
Video tal-laqgħa, li ssir kull xahar, tal-indikaturi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni tal-Wikimedja li tkopri x-xahar tal-April (it-2 ta' Mejju, 2013)

Aħbarijiet oħra li joltqtuna

Konferenza tal-kapitli u avvenimenti GLAM-Wiki

Mit-18 sal-21 ta' April saret il-konferenza ta' kull sena tal-kapitli tal-Wikimedia f'Milan, l-Italja, bi 'l fuq minn 100 parteċipant. Ir-rappreżentanti tal-kapitli ltaqgħu mal-Bord tal-Fiduċjarji, il-Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi u diversi impjegati tal-Fondazzjoni Wikimedia. Il-kapitli u organizzazzjonijiet oħra tal-moviment taw preżentazzjonijiet qsar dwar l-attivitajiet l-iżjed importanti tagħhom.

Fil-ġimgħa ta' qabel, iżjed minn 150 ruħ attendew GLAM-Wiki 2013 fil-British Library f'Londra, avveniment iddedikat għad-djalogu bejn il-Wikimedjani u l-istituzzjonijiet kulturali (GLAMs). Fl-aħħar tax-xahar sar l-ewwel GLAM Boot Camp fin-National Archives tal-iSU f'Washington D.C., workshop ta' tlett ijiem għall- Wikipedjani interessati f'li jgħinu l-kollaborazzjonijiet ma' GLAMs.

Logo tal-Wikizzjunarju Serb

L-istudenti joħolqu l-ewwel dizzjunarju onlajn Għarbi-Serb

Fuq il-Wikizzjunarju Serb, grupp ta' sitt studenti tal-Istudji Orjentali qegħdin jaħdmu fuq il-ħolqien tal-ewwel dizzjunarju Għarbi-Serb. Il-proġett ingħata l-isem simboliku ta' “elf kelma u kelma”. Dan inbeda minn Wikimedia Serbja u għandu l-appoġġ ta' ċentru kulturali lokali f'Belgrad.

L-artist tal-mużika elettronika Olandiż Machinefabriek (Rutger Zuydervelt) irrkordja ġabra ta' mużika live bl-użu ta' materjal minn Wiki Loves Sound biss.

"Wiki Loves Sound" iżid audio recordings fuq Wikipedia

"Wiki Loves Sound" hi inizjattiva ġdida bl-appoġġ ta' Wikimedia tal-Pajjiżi l-Baxxi biex tippromwovi l-użu tal-ħoss fuq il-proġetti ta' Wikimedia. F'April, 1838 fajl awdjo ittelgħu fuq Wikimedia Commons, minn iżjed minn 2300 recordings tal-ħoss mogħtija min- Netherlands Institute For Sound and Vision.