Jump to content

Admin activity review/2013/Notice to communities/mt

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki

Comment Note: This notice will be sent to wikis listed on Admin activity review/2013/Data#Wikis with inactive rights holders which are not marked as exempt there.

IMPORTANTI: Reviżjoni tal-attivitajiet tal-amministraturi

[edit]

X'hemm. Dan l-aħħar il-komunità globali adottat regolament ġdid rigward it-tneħħija ta' "drittijiet avvanzati" (amministraturi, burokrati, eċċ). Il-komunità tiegħek kienet irċiviet avviż fuq id-diskussjoni dwaru. Skont dan ir-regolament l-istewards qegħdin jagħmlu reviżjoni tal-attivitajiet tal-amministraturi fuq il-wikijiet iż-żgħar. Sa fejn nafu aħna, il-wiki tagħkom m'għandux proċedura formali għat-tneħħija ta' "drittijiet avvanzati" minn kontijiet inattivi. Dan ifisser li l-istewards ħa jieħdu f'idejhom dan l-aspett fuq dan il-wiki skont ir-regoli l-ġodda dwar l-attivitajiet tal-amminstraturi .

Iddeċidejna li dawn l-utenti jissodisfaw il-kriterji ta' inattività (l-ebda modifikazzjoni u azzjoni ta' reġistru għal iżjed minn sentejn)

  1. user 1 (admministratur)
  2. user 2 (burokrata, admministratur) #user 3 (burokrata)
  3. ...

Dawn l-utenti ma jdumux ma jirċievu avviż li jitlobhom jibdew diskussjoni fost il-komunità jekk iridu jżommu xi drittijiet jew id-drittijiet kollha li għandhom. Jekk ma jkunx hemm rispons mill-utenti, l-istewards ineħħulhom id-drittijiet avvanzati li kellhom.

Però, jekk intom bħala komunità tixtiequ toħolqu proċedura ta' reviżjoni għalikom minflok il-proċedura globali, tippreferu tieħdu deċiżjoni differenti dwar dawn in-nies li għandhom id-drittijiet imma huma inattivi, jew jekk diġà għandkom proċedura li ma ntbaħniex biha, jekk jogħġobkom għarrfu lill-istewards fuq Meta-Wiki biex inkunu nafu li m'għandniex nipproċedu bir-reviżjoni tad-drittijiet fuq il-wiki tagħkom. Grazzi, (firma)