Translation requests/WMF/Home/mt

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
Jump to navigation Jump to search

Need help? See the Translation FAQ or Meta:Babylon. All translators should also subscribe to translators-l to be kept up-to-date (and to ask questions).

Il-Paġna prinċipali[edit]

Immaġina dinja fejn kull bniedem jista' jaqsam liberament id-dehen uman.
U aħna għandna bżonn l-għajnuna tiegħek. Jekk joħġbok għin lill-Fondazzjoni Wikimedia billi tagħti d-donazzjoni tiegħek.

Blogg tal-Wikimedia[edit]

Aqra dwar l-aħħar aħbarijiet fuq il-Fondazzjoni Wikimedia.

Għinna[edit]

Il-Fondazzjoni Wikimedia hi dipendenti ħafna mis-sapport ġeneruż tal-utenti tagħna. Jekk jogħġobkom ikkunsidraw li tagħmlu donazzjoni llum, li tista' tkun dedikazzjoni tal-ħin fuq il-proġetti tagħna, waqt li toffri xi donazzjoni ta' flus jew hardware. Il-paġna tal-benefatturi hi dedikata lil xi kumpanijji u individwi li jagħtu sosten lill-proġetti tal-Wikimedia. Il-Fondazzjoni Wikimedia ma tissanzjonax neċessarjament lill-attivitajiet tal-Benefatturi Korporattivi.

Il-Fondazzjoni Wikimedia hi inkorporata bħala 501(c)(3) organizzazzjoni bla profitt fl-Istati Uniti, u donazzjonijiet minn ċittadini Statunitensi huma b'deduzzjoni tat-taxxa. Donazzjonijiet minn ċittadini ta' pajjiżi oħra jistgħu wkoll ikunu b'deduzzjoni tat-taxxa. Jekk jogħġbok ara deduzzjoni ta' donazzjonijiet għal aktar dettalji. Jekk joġbok ara l-paġna tad-donazzjonijiet għal dettalji fuq donazzjonijiet permezz ta' PayPal, MoneyBookers, posta jew depożitu dirett. Għal tipi oħra ta' donazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntatjana.

Kont taf li?[edit]

Kont taf li Wikimedia Commons hi repożitorju multimedjali li għandu aktar minn 2,000,000 fajl multimedjali?

Voluntier tal-Wikimedia, Brianna Laugher, jintroduċa għalik il-Wikimedia Commons:

Merħba fil-Wikimedia Commons.

Fundata biss tliet snin ilu bħala mod li jkun evitat li jittelgħu l-istess immaġini fuq 200 wiki differenti, Wikimedia Commons bdiet bħala repożitorju ċentrali multimedjali, fejn għamel il-ħajja aktar faċli għall-edituri tal-Wikimedia. Minn dakinhar din kibret rapidament f'komunità multilingwali ta' fotografi, illustraturi, edituri akustiċi, tradutturi, organizzaturi u annotaturi.

Aqra iktar...

Dettalji korporarji[edit]

Il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Wikimedia hi l-awtorità korporarja fil-Fondazzjoni Wikimedia Inc., u għandha l-poter li tidderiġi l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Ir-regoli tal-Fondazzjoni jistgħu jidhru hawnhekk. Politiki oħra ssettjati mill-Kunsill jistgħu jidhru fuq politiki.

Il-Fondazzjoni tuża' l-baġitt, billi tħallas primarjament materjal tal-komputer u l-ospitu tas-sit. Spiżi oħra jinkludu riżorsi umani neċessarji fit-tkomplija tal-proġetti tal-Wikimedia, minkejja li ħafna nies huma voluntieri. Dan is-sit jinkludi lista ta' noti fuq il-laqgħat tal-Bord.

L-aħħar deċiżjonijiet tal-Bord jistgħu jinstabu fuq ir-riżoluzzjonijiet.

L-aħħar aħbarijiet[edit]

Ara wkoll l-avvenimenti kurrenti għal aktar informazzjoni.


Projects of the Wikimedia Foundation (read more...)

 



Politika dwar privatezza: Jekk iżżur is-siti tal-proġetti tal-Wikimedia, aħna niġbru biss informazzjoni li tiġi miġbura fil-logs tas-server. Jekk tikkontribwixxi fuq il-proġetti tal-Wikimedia, int tkun qed tippublika kull kull kelma li tikteb pubblikament. Għandek tkun konxju mill-fatt li kull ħaġa li tikteb se tinżtamm għal dejjem. Din tinkludi artikli, paġni tal-utent, paġni ta' diskussjoni u paġni oħra fuq is-siti. Ara l-politika uffiċjali għal aktar dettalji.