Jump to content

Avviż dwar it-tlestija tad-Dħul fil-Kont Unifikat (Single User Login SUL)/Avviż RenameUser

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
This page is a translated version of the page Single User Login finalisation announcement/RenameUser announcement and the translation is 100% complete.


Id-dħul fil-kont unifikat (Single-user login SUL) qiegħed jiġi finalizzat biex kull editur tal-Wikimedia jkollu kont globali rikonoxxut wieħed b'isem wieħed ta' utent li jintuża fil-proġetti kollha. Kif forsi tafu, wara dewmien twil, ix-xogħol biex dan jitlesta issa miexi b'kollaborazzjoni bejn il-burokrati, l-istewards, u l-inġinieri tal-Fondazzjoni Wikimedia. Dan ħa jippermetti wkoll l-iżvilupp ta' għodda li jintużaw fil-wikijiet kollha fosthom in-notifiki globali u l-listi ta' artikli segwiti. Bħalissa għad m'hemmx data fissa għal meta ħa jitlesta d-dħul fil-kont unifikat.

Il-proċess jinvolvi l-bdil tal-proċeduri kollha għall-għoti ta' isem ġdid f'proċedura globali waħda. Bħala wieħed mill-passi li ħa jittieħdu, wara t-Tnejn, 15 ta' Settembru 2014, il-burokrati lokali mhux ħa jkunu jistgħu jagħtu isem ġdid iżjed. Qegħdin jinħatru persuni li jagħtu ismijiet globali ġodda biex niżguraw li l-proġetti u l-lingwi jkunu rappreżentati meta naslu għal dan. Bgħatt nota lil kull burokrata dwar dan il-proċess tliet ġimgħat ilu b'stedina biex jieħdu sehem u ħafna bdew japplikaw biex ikunu parti mill-grupp. Flimkien mal-istewards il-persuni li jagħtu ismijiet globali ġodda jkun jistgħu jgħinu fix-xogħol tal-edituri fil-proċess li sikwit hu diffiċli biex jinstab isem globali.

Fl-aħħar, żur Special:MergeAccount biex tunifika l-kont tiegħek jekk għadek qatt ma għamilt hekk. Jekk il-paġni lokali għad għandhom bżonn jiġu aġġornati, aġġornahom u l-applikanti għal isem ġdid fil-futur ibgħathom lejn m:SRUC. Jekk għandek xi mistoqsijiet, tista' ssib iżjed informazzjoni fuq il-paġna tal-għajnuna fuq Meta. Tista' wkoll issegwi l-progress tekniku fuq mediawiki.org. Ikkuntattjani fuq Meta kull meta jkollok bżonn. Grazzi għal ħinek.