Fundraising 2010/thank you/mt

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki

Notice[edit]

  • Ringrazzjament mill-
    Fundatur tal-Wikipedija Jimmy Wales

Quote[edit]

  • "Immaġina dinja fejn kull persuna fid-dinja jista' jkollha aċċess mingħajr ħlas għall-għarfien kollettiv uman,"
  • — Jimmy Wales, Fundatur tal-Wikipedija

Ringrazzjament mill-Fundatur tal-Wikipedija Jimmy Wales[edit]

Inkredibbli.

Kull sena, il-Fondazzjoni Wikimedia, tiffissa objettiv għall-ġbir tal-fondi tagħha, konsapevoli mill-fatt kemm huwa diffiċli biex dan jintlaħaq. Dan għandu jsir, minħabba li s-siti u l-moviment tal-Wikimedia qiegħed jikber. Il-Wikipedija hija l-ħames l-iktar sit miżjur fid-dinja, però l-istaff, l-infastruttura u l-baġit tagħna huma biss frazzjoni ta' kwalunkwe sit ieħor fost l-aqwa għaxra.

Kull sena, id-dinja tingħaqad sabiex issostni 'l-Wikipedija u l-proġetti aħwa tagħha. L-ewwel ġabra kienet biss sforz tal-komunità biex tixtri lil voluntier, li aktar tard sar l-ewwel CTO, laptop ġdid li tassew kien bżonnjuż.

Però, dan li seħħ din id-darba huwa iktar inkredibbli mis-soltu minħabba li din is-sena niċċelebraw l-għaxar anniversarju tal-Wikipedija. Huwa importanti ħafna li għalaqna s-sena b'dan il-mod: billi ġbarna l-kwantità ta' fondi li ġiet fissata bħala objettiv sabiex issostni 'l-Wikipedija u lill-proġetti l-oħra fl-għaxar sena tal-ħidma tagħna.

U anke jekk din is-sena ġbarna aktar donazzjonijiet minn kwalunkwe sena preċedenti — 16-il miljun dollaru — fl-istess ħin kienet l-iqsar kampanja li qatt nhedejna.

Hemm xi statistika oħra li nixtieq naqsam magħkom:

  • Il-Fondazzjoni Wikimedia irċiviet iktar minn 500,000 donazzjoni.
  • Il-kapitli lokali ta' madwar id-dinja rċevew madwar 130,000 donazzjoni.
  • Jumejn mill-ġranet tal-ġbir ta' fondi kienu l-ġranet li fihom inġabru l-iktar fondi fl-istorja tal-Wikipedija.
  • Il-medja tad-donazzjonijiet kienet ta' madwar $22.

Din il-ġabra kellha l-ingredjenti kollha ta' dak li nħobbu mill-proġetti tal-Wikimedia: in-nies ingħaqdu ma' xulxin, ikkontribixxew b'dak li kellhom għad-dispożizzjoni u flimkien ħloqna xi ħaġa straordinarja. Il-kontribut ta' programmatur minn Mumbai, fl-Indja jingħaqad mal-kontribut ta' stock broker minn Londra u ta' student minn Moska u r-riżultat hu li issa nistgħu immantnu u insostnu dan l-isforz komuni għal sena oħra.

U issa niffestiġjaw!

Minn qiegħ qalbii u f'isem iktar minn 100,000 voluntier attiv fil-proġetti,
grazzi!

Jimmy Wales Fundatur tal-Wikipedija


P.S. Biex niċċelebraw l-għaxar snin tal-Wikipedija, voluntieri minn madwar id-dinja qegħdin jorganizzaw xi festeġġjamenti. Biex tkun taf aktar aqra http://ten.wikipedia.org. U jekk għadek ma tgħajtx il-kontribut tiegħek, mhu qatt tard biex tagħmel donazzjoni. Agħfas hawnhekk.

Wikipedia 10[edit]

  • Il-Wikipedija se tagħlaq 10 snin!
  • Agħfas hawnhekk biex tkun taf aktar u titgħallem kif tipparteċipa.