Elezzjonijiet tal-2013 tal-Fondazzjoni Wikimedia

From Meta, a Wikimedia project coordination wiki
This page is a translated version of the page Wikimedia Foundation elections 2013 and the translation is 70% complete.
Outdated translations are marked like this.
Info The election ended 22 June 2013. No more votes will be accepted.

The results were announced on 24 June 2013.

Help translate the election.

Process

L-elezzjonijiet tal-2013 tal-Fondazzjoni Wikimedja ħa jsiru bejn l-ewwel u l-ħmistax ta' Ġunju 2013. Il-membri tal-komunità tal-Wikimedia għandhom l-opportunità li jivvotaw għal kandidati għal tliet pożizzjonijiet.

  • Tliet kandidati għall-Bord tal-Fiduċjarji biex iservu għal perjodu ta' sentejn li jintemm fl-2015. Il-Bord tal-Fiduċjarji hu l-ogħla awtorità governattiva tal-Fondazzjoni Wikimedia, organizzazzjoni bla skop ta' qligħ irreġistrata fl-Istati Uniti. Il-Fondazzjoni Wikimedia timmaniġġa diversi proġetti bħal Wikipedija u Commons.
  • Żewġ kandidati għall- Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi tal-Bord biex iservu għal sentejn.
  • Kandidat wieħed bħala Ombud tal-Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi biex iservi għal sentejn.

L-elezzjonijiet jinżammu fis-sigurtà permezz tas-sofrware SecurePoll. Il-voti huma sigrieti, u ħadd mill-Kumitat Elettorali, mill-Bord jew mill-impjegati tal-Fondazzjoni Wikimedia mhu ħa jkollu aċċess għalihom. Iċ-ċavetta tal-kritaġġ tinżamm minn terza parti indipendenti u jekk tiġi attivata, l-elezzjoni tieqaf. Xi data personali tal-votanti li tista' tingħaraf (pereżempju, l-indirizz tal-IP, l-aġent tal-utent, u data oħra li hi sostanzjalment simili għal dik li tista' tinkiseb permezz tal-għodda Checkuser) ikunu jistgħu jarawha xi ftit persuni magħżulin li jivverifikaw u jgħoddu l-voti (il-kumitat Elettorali). Il-votanti jivvutaw permezz ta' sistema Favur/Newtru/Kontra. Il-voti jingħaddu u l-kandidati jiġu klassifikati skont il-perċentaġġ favurhom, li hu definit bħala n-numru ta' voti favur diviż bin-numru totali ta' voti għall-kandidat (il-voti "newtrali ma jgħoddux). Il-kandidati bl-ogħla perċentaġġ favur jiġi rakkomandati lill-Bord tal-Fiduċjarji biex jiġu nominati.

Il-kumitat elettorali jħabbar ir-riżultati qabel it-28 ta' Ġunju 2013. Ir-riżultati jkunu dettaljati.

Informazzjoni għall-votanti

Kwalifikazzjoni

Edituri

Tista' tivvota minn kull kont li għandek fuq xi wiki tal-Wikimedia. Tista' tivvota darba biss, għandek kemm għandek kontijiet. Biex tikkwalifika, il-kont li tivvota minnu:

  • ma jridx ikun ibblokkat fuq iżjed minn proġett wieħed; u
  • ma jridx ikun ibblokkat fuq il-proġett li qiegħed tivvota minnu;
  • ma jridx ikun bot; u
  • tkun għamilt mill-inqas 300 modifika qabel il-15 ta' April 2013 fil-wikis tal-Wikimedia (il-modifiki fuq diversi wikis jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-kontijiet tiegħek huma magħqudin f'kont globali); u
  • tkun għamilt mill-inqas 20 modifika bejn il-15 ta' Diċembru 2012 u t-30 ta' April 2013.
Żviluppaturi

L-iżviluppaturi jikkwalifikaw biex jivvutaw jekk:

  • Huma amministraturi tas-server ta' Wikimedia li għandhom aċċess għax-"shell"; jew
  • Għandhom aċċess u għamlu mill-inqas "merged commit" wieħed f'git bejn l-1 ta' Mejju 2012 u t-30 ta' April 2013.
Impjegati u kuntratturi

L-impjegati u l-kuntratturi li hemm mal-Fondazzjoni Wikimedia bħalissa, jikkwalifikaw biex jivvutaw sakemm ikunu impjegati mal-Fondazzjoni nhar it-30 ta' April 2013.

Membri tal-Bord u membri tal-bord kunsultattiv

Dawk li huma membri jew kienu membri tal-Bord tal-Fiduċjarji jew tal-Bord Kunsultattiv jikkwalifikaw biex jivvutaw.

Informazzjoni għall-kandidati

Il-kandidati kollha jridu jikkwalifikaw bħala votanti, u jkollhom ukoll il-kwalifazzjonijiet meħtieġa għal-kariga speċifika. Ħadd ma jista' jkun kandidat għal iżjed minn kariga waħda.

  • Ikklikkja hawn għal informazzjoni dwar il-kandidati għall-Bord tal-Fiduċjarji
  • Ikklikkja hawn għal informazzjoni dwar il-kandidati għall-Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi
  • Ikklikkja hawn għal informazzjoni dwar il-kandidati għal Ombud tal-Kumitat għat-Tqassim tal-Fondi.

Organizzazzjoni

Skeda

  • 24 ta' April–17 ta' Mejju 2013: sottomissjonijiet mill-kandidati
  • 17 ta' Mejju 2013: il-prova tal-identità trid tintbagħat sa din id-data (sottomissjonijiet tard jew neqsin jiġu skwalifikati)
  • 01–15 ta' Ġunju 2013: l-elezzjonijiet
  • 16–18 ta' Ġunju 2013: l-għadd tal-voti
  • 18-22 ta' Ġunju 2013: il-pubblikazzjoni tar-riżultati

Jekk tikkwalifika biex tivvota:

  1. Aqra l-preżentazzjonijiet tal-kandidati u ddeċiedi 'l min trid tivvota.
  2. Mur fuq il-paġna tal-wiki "Special:SecurePoll" fuq wiki li tikkwalifika li tivvota minnu. Pereżempju, jekk int attiv l-iżjed fuq il-wiki meta.wikimedia.org, mur fuq meta.wikimedia.org/wiki/Special:SecurePoll.
  3. Imxi mal-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna.